Arsenal isegwu lil Silva

Il-klabb Ingliż ta’ Arsenal qed isegwu l-progress tal-attakkant ta’ Milan Andre Silva. Minkejja illi fil-kampjonat għadu ma skorjax, fl-Ewropa l-plejer offensiv Portugiż qed ikun deċiżiv fil-gowls illi qed jagħmel.
Skont il-gazzetta The Sun, il-Gunners qed jippreparaw għat-tluq ta’ Alexis Sanchez billi jġibu attakkant prolifiku li jimla l-vojt illi ser iħalli ċ-Ċilen.
Il-ġurnal Ingliż ikompli jgħid illi jekk Milan ma jikkwalifikawx għaċ-Champions League tas-sena d-dieħla, tikber aktar l-ispekulazzjoni illi Andre Silva jista’ eventwalment iħalli lir-Rossoneri.
Minkejja dan kollu, id-diriġenti ta’ AC Milan ċaħdu din l-aħbar u qalu illi Silva jinsab ferm għal qalbu mal-klabb.