Arsenal isegwu lil Asensio

Arsenal qed isegwu b’interess kbir il-progress tal-attakkant żagħżugħ Spanjol ta’ Real Madrid Marco Asensio.,
Skont il-ġurnal Ingliż Sunday Express, il-plejer ta’ 21 sena jrid jilgħab aktar logħob mal-ewwel 11 sabiex isir għażla awtomatika mat-tim nazzjonali Spanjol immexxi minn JulenLopetegui.
Asensio impressjona mhux ftit f’dawn l-aħħar xhur bil-logħob tiegħu b’mod partikolari mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena fejn skorja seba’ gowls fi 18-il partita.
Asensio għad irid jiffirma ftehim ġdid mal-Madrileni hekk kif dawn tal-aħħar jixtiequ jżommuh tant li wegħduh żieda fil-paga ladarba jiġi ffirmat kuntratt ġdid.