Arsenal iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Wilshere

Arsenal kienu impressjonati bil-wirja tal-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom Jack Wilshere fil-UEFA Europa League kontra BateBorisov, logħba li l-Gunners rebħu 4-2 barra minn darhom.
Skont il-gazzetta The Mirror, id-diriġenti tal-klabb minn Londra qed joffru kuntratt ġdid ta’ erba’ snin lill-plejer ta’ 25 sena sabiex iżommuh f’Emirates Stadium sas-sena 2022.
Wilshere ilu mal-Gunners sa mis-sena 2008 fejn skorja 6 gowls f’105 partiti.