Arsenal iridu jeħilsu minn Mesut Ozil

Arsenal waslu biex iddeċidew li se jibagħtu lil Mesut Ozil fuq loan u lesti li jħallsuh biex jitlaq minn mal-klabb. Il-Ġermaniż li għandu 30 sena qed jaqla’ €393,355 u bilkemm qed jilgħab.

Unai Emery bilkemm lagħabu waqt li kien qed imexxi hu fl-Emirates Stadium. L-eks stilla ta’ Real Madrid beda biss logħba waħda dan l-isaġun. Hu lagħab għal 71 minuta fid-draw ta’ 2-2 kontra Watford. Wara din il-logħoba Emery insista li għadnu bżonn il-mistrieħ u minn dak iż-żmien ‘l hawn għadu ma reġax deher fil-grawnd.