Arsenal interessati f’Pavon

Skont is-sit Arġentin Tyc Sports, Arsenal qed isegwu l-progress tal-attakkant ta’ Boca Juniors Cristian Pavon. Dan il-plejer, illi qed jinteressa wkoll lil Inter, għad għandu biss 21 sena u qed jiġi kkunsidrat bħala talent f’pajjiżu. 
Pavon ilu ma’ BocaJuniors tliet snin u nofs u f’51 partita skorja 14 –il gowl filwaqt illi huwa għażla naturali fl-ewwel tim. 
Il-kowċ tal-Gunners, Arsene Wenger jixtieq jinkludi lil dan il-plejer bħala parti mill-attakk tiegħu u qed iħeġġeġ lid-diriġenti sabiex jirsistu għall-firma tiegħu. 
Huma lesti jħallsu s-somma ta’ 27 miljun lira sterlina sabiex jiksbu l-firma ta’ Pavon u jekk il-partijiet jaslu fi ftehim, l-attakkant Arġentin ikun jista’ jilgħab fl-Emirates Stadium.