Arsenal interessati f’Papastathopoulos

Skontil-gazzetta Ġermaniża Bild, Arsenal qed jikkunsidraw li jakkwistaw lid-difensur Grieg ta’ Borussia Dortmud, SokratisPapastathopoulos.
Dan il-plejer li għandu 29 sena jiswa madwar €20 miljun biex jinxtara.
Papastathopoulos għandu esperjenza kbira fil-kampjonati Ewropej meta lagħab ma’ AEK Athens, Volos, Genoa, Milan u Werder Bremen.
Huwa ilu ma’ Borussia Dortmund sa mis-sena 2013 fejn lagħab 127 partita u skorja seba’ gowls.