Arsenal interessati f’Leno

Arsenal huma mistennija li jakkwistaw goalkeeper ġdid għall-istaġun li ġej u identifikaw lil Bernd Leno ta’ Bayern Leverkusen bħala objettiv fis-suq tat-trasferimenti.

Skont ir-rivista sportiva Sport Bild, it-tim Ġermaniż lest li jbiegħ lill-goalkeeper ta’ 26 sena għal £22m. Leno, li tħalla barra mit-tim nazzjonali Ġermaniż għat-Tazza tad-Dinja, għamel 233 preżenza fil-Bundesliga għal-Leverkusen u jista’ jieħu post il-veteran Petr Cech li għadu kemm għalaq 36.

S’issa l-Gunners kienu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-iskwadra sabiex jerġaw jiksbu post mal-ewwel erbgħa timijiet fil-Premier League Ingliż.