Arsenal interessati fi Smalling

Id-difensur ta’ Manchester United Chris Smalling reġa’ jinsab fir-radar ta’ Arsenal hekk kif il-gazzetta Ingliża The Daily Star żvelat illi matul is-suq tat-trasferimenti li jmiss, il-plejer ta’ 28 sena jinsab viċin illi jingħaqad mat-tim illi jilgħab fl-Emirates Stadium.
Ir-Red Devils lesti li jħalluh jitlaq u s-somma illi qed jitolbu għalih hija ta’ €30 miljun.
Smalling ilu ma’ Manchester United sa mis-sena 2010 u lagħab 172 partita magħhom filwaqt li skorja 8 gowls.