Arsenal idawru l-logħba minn telfa għal parità

Arsenal irnexxielhom idawru l-logħba minn telfa għal parità fid-derby kontra Tottenham ġewwa l-Emirates Stadium.

Spurs dehru li qegħdin fil-kontroll totali tal-logħba meta 10 minuti biss mill-bidu tal-logħba, Christian Eriksen irnexxielu jsib il-lasta. Kien Harry Kane li għamilhom 2-0 lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima minn penalty. Iżda sekondi biss qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima, Lacazette ta’ Arsenal irnexxielu jdaħħal lit-tim lura fil-logħba.

Lejn nofs it-tieni taqsima, Aubameyang irnexxielu jġib id-draw għal Arsenal, biex b’hekk il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 2-2.

Riżultati oħra:

Everton 3-2 Wolverhampton Wanderers