Arsenal fid-destin ta’ Emery

Unai Emery

Wara bosta rapporti fil-jiem li għaddew dwar il-possibilità li Mikel Arteta jista’ jinħatar bħala s-suċċessur ta’ Arsene Wenger, Sportsmail ħabbru li Unai Emery ser ikun il-kowċ il-ġdid ta’ Arsenal.
Il-kowċ ta’ 46 sena li għadu kemm ħalla lil Paris Saint-Germain wara li rebaħ 7 unuri f’żewġ staġuni, huwa magħruf għal metodi tat-taħriġ rigorużi tiegħu u li jipprovdi analiżi dettaljata tal-avversarju.
Emery, li jibqa’ mfakkar għat-tliet suċċessi konsekuttivi fil-UEFA Cup ma’ Seville, rebaħ 87 mill-114-il logħba li qatta’ bħala kowċ tal-klabb Franċiż.
Madanakollu l-eliminazzjonijiet mill-UEFA Champions League, speċjalment t-telfa ta’ 6-1 kontra Barcelona wara li PSG kienu rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 4-0, ġabu fi tmiemha l-avventura tal-kowċ Spanjol f’Pariġi.