Arsenal bejn Oblak u Alisson

Skont il-ġurnal Ingliż London Evening Standard, Arsenal qegħdin jikkunsidraw li jagħmlu investiment importanti billi jakkwistaw lill-gowlkiper ta’ Atletico Madrid Jan Oblak sabiex jieħu post il-veteran Petr Cech li wisq probabbli li mhux ser ikompli mal-Gunners fl-istaġun illi ġej.
Wara d-dikjarazzjoni li għamel il-gowlkiper Sloven li ma jafx ikomplix mal-Colchoneros, pront marru d-diriġenti ta’ Arsenal sabiex jikkonvinċuh jissieħeb magħhom matul l-istaġun li ġej.
Sadanittant it-tim li jilgħab f’Emirates Stadium qed isegwu l-progress tal-gowlkiper Brażiljan ta’ Roma Alisson.