“Arroganti” – Il-PM Pakistani jgħajjar lill-Indja

Il-Prim Ministru Pakistani, Imran Khan sejjaħ lill-Indja arroganti wara li ħassret diskussjoni li kellha tkun l-ewwel waħda tax-xorti tagħha wara snin. L-Indja ħassret laqgħa mal-ministri għall-affarijiet barranin tal-ġirien tagħhom li huma armati b’armamenti nukleari.

Il-ministru għall-affarijiet barranin fi New Delhi, fl-Indja, qal li d-deċiżjoni ttieħdet bħala l-protesta kontra l-qtil tal-persuni tas-sigurtà Indjani. Il-Pakistan iddeskriva din l-iskuża bħala waħda li saret biex ikunu evitati diskussjonijiet qabel l-elezzjonijiet nazzjonali li se jsiru s-sena d-dieħla.