Arriva titlob li tipposponi l-laqgħa mal-Ministeru għat-Trasport

Il-kumpanija Arriva talbet lill-Ministeru biex jipposponi l-laqgħa li kellha ssir illum dwar ir-rapport fuq l-Arriva.

L-Arriva qalet li xtaqet tipposponi l-laqgħa biex tagħti iktar ċans lil esperti jagħtu iktar informazzjoni u dettalji dwar dak li ntqal fir-rapport.

Wara li dan l-istess rapport kien ingħata lill-Ministru Joe Mizzi, l-istess kumpanija ngħatat 48 siegħa ċans biex tibgħat reazzjoni. L-istess Ministru kien qal li hu lest jieħu deċiżjonijiet serji dwar il-futur tal Arriva.

Fl-istess jum, wara laqgħa bejn l-Arriva u l-Ministeru, Joe Mizzi ħabbar li l-bendy buses kienu se jibqgħu  sospiżi mit-toroq.

Il-Ministru Mizzi qal ukoll li fil-jiem li ġejjin mistenni jasal uffiċċjal għoli tal-Arriva.