Arriva tiċħad l-allegazzjonijiet tal-UĦM

Il-kumpanija Arriva Malta ċaħdet l-allegazzjonijiet li għamlet l-Unjin Ħaddiema Maqgħudin, il-UHM. Fi stqarrija, Arriva qalet li l-impjegati tagħha għandhom kull dritt jissieħbu ma’ liema unjin jixtiequ.

Iktar kmieni, il-UHM sostniet li Arriva mhux qed tħalli l-impjegati tagħha jissieħbu mal-unjin tal-għażla tagħhom.

Il-kumpanija qalet li l-maġġoranza tal-impjegati huma msieħba mal-General Workers’ Union. L-istqarrija ttemm tgħid li l-kumpanija dejjem ikkolaborat mad-diversi unjins u r-rapreżentanti tagħhom u għandha l-intenzjoni li tibqa’ tagħmel dan fil-futur.