Arrigo mhux interessat ikun parti mill-PN

Read in English.

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista uxxenti, Robert Arrigo, qal li mhux interessat ikun parti mill-Partit Nazzjonalista, la fil-preżent u lanqas fil-futur.

Facebook – Robert Arrigo

Dan qalu permezz ta’ post fuq Facebook kmieni dalgħodu. Il-ġimgħa li għaddiet, Arrigo indika li se jkun qed jirreżenja mill-kariga tiegħu. Madanakollu, il-Kap tal-PN Adrian Delia għadu jrid jiddeċiedi dwar ir-riżenja ta’ Arrigo u tas-Segretarju Ġeneral Clyde Puli.

Il-Ħadd, Arrigo qal li r-riżenja sħiħa tiegħu li għadda lil Delia se tiġi ppubblikata b’mod sħiħ għada fil-gazzetta tal-partit. Hu qal li l-ittra hija datata għat-8 ta’ Frar u li l-aħħar jum tiegħu bħala deputat mexxej se jkun id-29 ta’ Marzu.

“Għadni hemm biex nissalvagwardja l-paga tal-ħaddiema,” kiteb Arrigo.

L-aħbar tar-riżenja tiegħu ġiet il-ġimgħa li għaddiet qalb irvell sħiħ qalb il-grupp parlamentari fil-konfront ta’ Delia.

Fil-kummenti tiegħu lill-media, Delia qal li hu se jibqa’ sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Intant, għall-kutrarju ta’ dan, dikjarazzjoni maħruġa min-numru ta’ Membri Parlamentari, qalet li Delia ngħata numru ta’ ġranet biex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu. Dan wara s-survey tal-MaltaToday li għalih, Delia kiseb riżultat xejn sodisfaċenti.

Arrigo beda l-karriera politika tiegħu bħala sindku ta’ Tas-Sliema. Hu ġie elett deputat mexxej fl-2017 bħala parti mill-grupp ta’ Delia. Riċentament, Arrigo kien ħa l-kariga ta’ teżorier wara r-riżenja ta’ Antoine Zammit is-sena l-oħra.

Il-President tal-Kunsill Ġenerali, Kristy Debono, irreżenjat ftit tas-sigħat wara r-riżenja ta’ Arrigo.