Arrigo jippublika filmat ta’ anzjani jilagħbu t-tombla u jistqarr li l-PN għadu b’saħħtu

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ppublika filmat kurjuż fuq il-mezzi soċjali fejn numru ta’ anzjani jidhru jilagħbu t-tombla u taħtu kiteb “mhux talli l-PN mhux mejjet iżda jinsab ħaj u b’saħħtu”.

Dan qanqal reazzjoni mill-ħbieb ta’ Arrigo fejn qalu li dan jimla’ bil-kurraġġ lill-Partit Nazzjonalista, waqt li xi uħud qalu b’mod ironiku li l-qligħ mill-coffee morning se jmorru biex titħallas il-paga tac-Chief Political Advisor Jean Pierre Debono b’reazzjoni għal battibekk li l-viċi kap kellu mal-istess Debono riċentament.

Intant il-Kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta qal fi stqarrija li f’dan il-mument diffiċċli għal PN, għandha ssir diskussjoni matura fi spirtu ta’ għaqda biex ikompli jissaħħaħ il-Partit filwaqt li ċaħad b’mod kategoriku rapport li deħer fuq One News.

Intant, il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ppublika filmat ta’ attivita’ fejn numru anzjani dehru jilgħabu t-tombla u taħtu kiteb li l-PN mhux talli mhux mejjet iżda jinsab ħajja u b’saħħtu