Arresti fis-Slovakkja b’rabta mal-qtil ta’ ġurnalist

REUTERS/Radovan Stoklasa

Il-pulizija Slovakka arrestat iktar minn persuna waħda suspettati li qatlu lill-ġurnalist investigattiv Ján Kuciak u l-għarusa tiegħu, skont rapporti fil-midja Slovakka.

Il-pulizija qalet fuq Facebook li żammet persuni ssuspettati bi kriminalità vjolenti u kienet qiegħda twettaq tfittxijiet f’dar.

Il-qtil tal-ġurnalist ta’ 27 sena, xekkel lin-nazzjon u qajjem rabja pubblika dwar il-korruzzjoni, u wassal għall-akbar protesti fit-toroq fil-pajjiż minn meta ntemm il-Komuniżmu fl-1989. Il-protesta wasslet għar-riżenja tal-Prim Ministru Robert Fico, il-Ministru għall-Intern tiegħu Robert Kalinak, kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija preċedenti Tibor Gaspar.

Kuciak instab mejjet flimkien mal-għarusa tiegħu Martina Kusnirova fid-dar tagħhom viċin Bratislava fi Frar. Kuciak kien, fost affarijiet oħra, investiga każi ta’ frodi li jinvolvu negozjanti b’rabtiet politiċi Slovakki. Huwa kien qed jivestiga wkoll suspett ta’ rabta bejn il-Mafja Taljana u negozji fis-Slovakkja.