Arresti fi Franza wara li 2,500 attendew party illegali

party france nye

Il-Pulizija Franċiża għamlet numru ta’ arresti fl-lejliet l-ewwel tas-sena wara li madwar 2,500 persuna attendew kisru r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 u ħadu sehem f’party illegali li sar f’maħżen.

L-arresti wasslu għal numru ta’ kunflitti mal-pulizija kif ukoll is-sekwestru tal-maħżen fejn sar il-party.

Dan seħħ f’Rennes u l-persuni kien ġejjin mir-Renju Unit u Spanja. Uħud minn dawn il-persuni ħabbtu għall-pulizija, qabdu karozza u tefgħu oġġetti lejn l-uffiċjali li marru jwaqqfu l-party.

Tal-inqas tliet pulizija sfaw midruba. Il-Ministru tal-Intern Franċiż Gerald Darmanin qal li  trakkijiet, t-tagħmir tas-sound u ġeneraturi ġew sekwestrati u infetħet inkjesta. Iktar minn 1,200 multa ngħatat minħabba li ma ġewx segwiti r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 għal min ma libisx maskla u ħa sehem f’folla b’mod illegali.