Arrestati żewġt irġiel li ppruvaw jisirqu minn bajja

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-pulizija tad-distrett arrestat żewġt irġiel li nqabdu jisirqu minn bajja.
Il-każ seħħ fil-bajja tal-Għadira għall-ħabta tat-3pm.
Huma nqabdu eżatt qabel ma laħqu telqu bil-karozza tagħhom. 
Matul l-2013, mat-300 ruħ spiċċaw vittma ta' serq minn fuq diversi bajjiet f'Malta.