Arrestati żewġ suspettati oħra b’rabta mal-qtil tas-suldat Ingliż

Il-Pulizija Ingliża kkonfermat li arrestat żewġ suspettati oħra b’rabta mal-qtil kiesaħ u biered ta’ suldat Ingliż li sar aktar kmieni din il-ġimgħa.

Raġel u mara ta’ 29 sena ġew arrestati fuq akkużi ta' konfoffa mas-suspettati l-oħra, hekk kif l-investigazzjoni trid tistabbilixxi jekk dan l-attakk terroristiku kienx parti minn komplott akbar.

Fil-preżent, il-pulizija qed tfittex ukoll f’sitt indirizzi residenzjali, ħamsa minnhom f’Londra.