Arrestati żewġ Maltin imfittxija mill-Italja fuq traffikar tad-droga

Il-pulizija ħabbru l-arrest ta’ żewġt irġiel Maltin, ta’ 36 u 47 sena, li kienu mfittxija mill-awtoritajiet Taljani fuq traffikar tad-droga.

L-arrest ġie eżegwit mill-pulizija tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali wara li l-Italja ħarġet Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-pulizija kkonfermaw fejn jgħixu ż-żewġ irġiel, li sfaw arrestati fil-Mosta u fil-Furjana.

Il-proċeduri ta’ estradizzjoni tagħhom se tibda’ llum.