Arrestati wara serqa minn lukanda f’Għajnsielem

Żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara li serqu minn lukanda f’Għajnsielem.
Il-każ seħħ ftit qabel l-10 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Sant’Antnin.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li żewġ persuni serqu flus kontanti mill-billiard u table soccer li hemm fil-lukanda.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.