Arrestati wara li serqu l-flus tal-passiġġieri tal-MH370

Uffiċjal ta’ bank fil-Malasja u żewġha ġew arrestati wara li allegatament serqu 30,000 dollaru Amerikan mill-kontijiet bankarji ta’ erba’ passiġġieri li kienu abbord it-titjira MH370.
Dan hekk kif ħames xhur wara li sparixxiet it-titjira tal-Malaysia Airlines MH370, kontijiet bankarji ta’ xi passiġġieri li sal-lum għadhom irrapurtati nieqsa, ġew aċċessati minn ATM fi Kuala Lampur.
Il-Pulizija qed ifittxu wkoll raġel Pakistani li x’aktarx irċieva parti minn dawn il-flus wara li sar trasferiment onlajn fil-kont bankarju tiegħu.
L-uffiċjal tal-bank HSBC fil-Malasja li għandha 33 sena u żewġha ilhom arrestati sa minn nhar il-Ħamis wara li l-kap tagħha innota ħidma minn taħt f’fergħa tal-bank fi Kuala Lampur.