Arrestati wara li nstabulhom 40kg kannabis f’vettura

CMRU

Read in English.

Żewġ persuni ġew arrestati wara li l-Pulizija rnexxielha tinterċetta vettura fis-Swieqi li kienet mgħobbija b’madwar 40kg ħaxixa tal-kannabis li kienu f’14-il kaxxa tal-kartun.

L-arrestati huma Sqallin ta’ 36 u 46 sena, wieħed minnhom residenti San Pawl il-Baħar. Raġel ta’ 61 sena residenti Santa Venera qed jiġi interrogat ukoll b’rabta ma’ dan il-każ.

L-Isqallin se jitressqu l-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea b’akkużi ta’ assoċjazzjoni fl-importazzjoni u pussess aggravat tal-ħaxixa tal-kannabis. Mhux eskluż li l-Malti jitressaq ukoll b’akkużi simili.