Arrestati sitt persuni fuq pussess tad-droga

Read in English.

Sitt persuni ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Dawn il-persuni ġew arrestati qrib post tad-divertiment f’San Ġwann.

Is-sitt persuni li huma ħamest irġiel u mara huma kollha ta’ nazzjonalità Maltija li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 18 sa 28 sena.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Wara tfittxija li saret fuq dawn il-persuni, fil-pussess tagħhom sabu  suspett ta’ sustanzi illegali, li allegatament huma ecstasy, cannabis, kokaina u LSD.

Il-persuni arrestati qegħdin jiġu investigati fuq akkużi relatati fuq pussess ta’ droga li mhux għall-użu personali tagħhom.

Il-Pulizija qalet li l-investgazzjonijiet għadhom għaddejjin.