Arrestati persuni nvoluti fil-ġlied waqt id-dimostrazzjonijiet f’Hong Kong

Il-Pulizija f’Hong Kong arrestat 19-il persuna minħabba l-ġlied li nqala matul il-jum tal-Ġimgħa f’Mongkok.
Il-ġlied inqala bejn dimostranti favur id-demokrazija u grupp ta’ attivisti favur il-Gvern Ċiniż.
Waqt il-ġlied indarbu 18-il persuna.
L-istudenti li qed jieħdu sehem fid-dimostrazzjonijiet qalu ġew attakkati minn grupp ta’ persuni delikwenti, li qed jiġu mqabbda minn gruppi kriminali jew mafjużi.