Arrestati nies suspettati bi frodi

Nies barranin suspettati bi frodi ġew arrestati f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li n-nies ġew arrestati bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.
Spjega li l-ħidma bdiet is-Sibt għall-ħabta tad-9:30pm. Il-pulizija marret fil-lukanda fi Triq Andre Cunningham, f’San Pawl il-Baħar u għamlu tfittxijiet tagħhom.
Hemmhekk il-pulizija sabet credit cards, mowbajls u laptops.
Jidher li dawn in-nies bdew jieħdu flus minn kontijiet tal-bank permezz tal-mowbajls.
Dwar dan il-każ il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha u nfetħet inkjesta maġisterjali.