Arrestati għax lagħbu logħba “illegali” fit-triq

Il-Pulizija arrestat tliet persuni b’rabta ma’ logħba illegali fit-triq.
Kien ilbieraħ għall-ħabta tal-10am xħin il-Pulizija kienet qed issus wara ħamest irġiel f'Bieb il-Belt li qajmulhom suspett.
Tnejn minn dawn, Maċedonjan u Rumen, ħarġu tapit, tliet kaxex u ballun żgħir u bdew iħajru lin-nies jilagħbu magħhom.
Bosta persuni kitbu wkoll fuq il-midja soċjali dwar il-każ.
Aktar tard filgħaxija Rumen ieħor ġie arrestat għall-ħabta  tal-10.45pm fi Triq San Ġorġ, Paceville, li beda jilgħab l-istess logħba u jħajjar lin-nies.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iż-żewġ każijiet għaddejjin.