Aġġornata: Meħlusin l-84 immigrant li ġew arrestati dalgħodu fil-Marsa

Inħelsu l-84 immigrant li ġew arrestati dalgħodu fil-Marsa.
Dan wara li ġie stabilit li għandhom id-dokumenti sabiex jgħixu f’Malta.
Huma ġew arrestati minħabba eżerċizzju ta’ verifikazzjoni ta’ dokumenti.
Dan l-avveniment seħħ ftit jiem biss wara l-intervent fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, dwar is-sigurtà fil-Marsa minħabba ċ-Ċentru Miftuħ. 
Ritratt: CMRU