Arrestati 600 pedoflu fl-Ingilterra

Aktar minn 600 persuna, issuspettati li huma pedofli, ġew arrestati fl-Ingilterra wara ħidma intensiva ta’ sitt xhur mill-Aġenzija Kontra r-Reati. 
Fost l-arrestati hemm tobba u għalliema li kellhom aċċess għal ritratti u filmati ta’ tfal taħt l-età. 
Mis-600 persuna arrestati, 39 biss kienu magħrufa sew mal-pulizija.