Arrestati 3 żgħażagħ għax inqabdu bi 23 kilo ħaxixa tal-kannabis

droga kannabis
CMRU

Read in English.

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga arrestat lil tliet żgħażagħ għax qabdithom bi 23 kilo ħaxixa tal-kannabis.

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni tal-movimenti ta’ dawn it-tliet persuni, ftit wara nofsillejl, il-pulizija ċċirkondawhom u arrestawhom fl-akkwati ta’ Marsaxlokk. It-tliet irġiel, wieħed ta’ 19-il sena residenti Birżebbuġa u t-tnejn l-oħra ta’ 28 sena residenti Marsaxlokk, kienu qegħdin jiġu osservati iniżżlu kaxxi tal-kartun minn fuq skuna tas-sajd li kienet għadha kemm sorġiet max-xatt ta’ Marsaxlokk.

Wara li l-pulizija komplew josservawhom ipoġġu l-kaxxi ġo vann, ftit wara l-vann instaq
minn fuq il-post u l-pulizija ċċirkondawh mill-ewwel u waqqfuhom. Il-pulizija kkonfermaw
l-investigazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal diversi ġranet billi fil-kaxxi kien hemm id-droga kannabis. Irriżulta li b’kollox kien hemm 23 kilo kannabis.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-persuni arrestati mistennija jitressqu l-qorti.