Arrestati 3 mafjużi Taljani b’konnessjoni ma’ Malta

Marsala News

Il-Pulizija Taljana arrestat tliet irġiel li huma akkużati b’assoċjazzjoni mal-mafja, estorsjoni fost oħrajn, b’wieħed mill-irġiel li kien xtara kumpaniji tal-imħatri onlajn f’Malta.

Il-Pulizija ssekwestrat ukoll €5 miljun f’assi li jinvolvu kumpaniji oħrajn. Jidher li t-tliet irġiel ma kienux biss qed joperaw siti tal-logħob onlajn iżda kellhom ukoll stabbilimenti kummerċjali bħal tabakk, kiri ta’ karozzi, bars, fost oħrajn.

L-investigazzjoni hi magħrufa bħala “Mafiabet” u fiha ġew arrestati Mario Giorgi, Francesco Catalanotto, u John Luppino Calogero. Luppino Calogero, kien qassam l’investimenti tiegħu u anke xtara kumpaniji ta’ mħatri f’Malta. Huwa kien jaħdem għal Cosa Nostra u kien il-bookmaker tal-operatur Leaderbet, irreġistrat f’Malta bħala LB Casino, li hi propjetà ta’ Sergio Moltisanti, li huwa minn Ragusa u li joqgħod Malta. Din hi l-istess kumpanija li fiha kien jaħdem Nini Bacchi li ilu minn Frar tas-sena l-oħra l-ħabs wara l-operazzjoni Game Over.

F’Jannar li għadda l-Qorti ta’ Sqallija diġa kienet ordnat il-qbid ta’ sejba ta’ €6 miljun miżmuma f’erba’ kumpaniji tal-logħob Maltin, bħala parti minn tfittxija kontra l-mafja. Dan il-każ kien ffukat fuq Phoenix International Ltd, li opera diversi siti ta’ mħatri online, inkluż B2875.com, ibbażat f’Malta, qabel ma l-Awtoritajiet Maltin għal-Logħob (MGA) issospendew il-liċenzja tal-logħob tagħhom ġiet sospiża fl-2018.