Arrestati 3 irġiel; kienu qed jippjanaw attakk terroristiku

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat tlett irġiel Iraqqin suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku.

Skont l-Uffiċju tal-Prosekutur, fl-2018, tnejn mit-tliet irġiel iddeċidew li jippjanaw attakk fil-Ġermanja. Żied jgħid li “l-investigazzjonijiet s’issa juru li kienu għadhom m’għażlux post speċifiku biex jattakkaw”.

Wieħed mill-irġiel kien niżżel struzzjonijiet ta’ kif tibni bomba, u ordna detonatur minn kuntatt fir-Renju Unit, imma l-awtoritajiet waqqfu l-ordni milli tidħol fil-Ġermanja.