Arrestati 2 persuni li ppruvaw jisirqu ATM

Arrestati 2 persuni jisirqu ATM

Żewġt irġiel ġew arrestati b’konnesjoni ma’ attentat ta’ serq ta’ magna tal-ATM f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li diversi ġranet ta’ ħidma mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra u dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wasslu għall-arrest tal-persuni involuti. L-irġiel residenti San Ġwann għandhom 32 u 46 sena. L-attentat ta’ serq sar fid-29 ta’ Awwissu fi Triq it-Turisti.

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, akkużati b’attentat ta’ serq fost akkużi oħra.