Arrestati 2 persuni li nstabu jaħdmu n-nar illegalment

Żewġt irġiel ġew arrestati waqt li kienu allegatament jaħdmu l-logħob tan-nar b’mod illegali. Il-każ seħħ ilbieraħ wara l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm xi persuni kienu qed jaħdmu n-nar b’mod illegali f’għalqa fi triq l-Għellejel, il-Gudja.

Il-Pulizija sabu lill-persuni fuq il-post. Minn spezzjonijiet illi saru instab ammont ta’ materjal suspettat splussiv kif ukoll materjal ieħor relatati mal-logħob ta’ nar.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Membri mill-Explosive Ordanance Disposal Unit marru fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa J. Demicoli li qabdet diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.