Arrestati 12 dwar serq; persuna l-Qorti

Il-pulizija arrestat 12–il persuna mill-Georgia wara għadd ta’ investigazzjonijiet fuq serq minn diversi residenzi.

Fi stqarrija mill-Korp tal-Pulizija ġie spjegat li l-ewwel persuna taħt arrest tressqet il-Qorti illum għall-ħabta tal-11.30am quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella. L-akkużat ġie mressaq fuq serq u involviment fi kriminalità organizzata.

L-investigazzjonijiet tmexxew mill-Ispettur Lydon Zammit u mill-Ispettur Christine Delia.