Arrestata wara li tieħu stessu b’libsa misruqa

Żagħżugħa minn Illinois spiċċat arrestata wara li poġġiet fuq Facebook stessu tagħha liebsa libsa li allegatament kienet misruqa.
Danielle Saxton, ta’ 27 sena, inqabdet wara li l-meniġers ta’ ħanut tal-ħwejjeġ raw il-filmat ta’ mara tisraq libsa kkulurita minn fuq l-ixkaffa.
Meta ra dan, sid il-ħanut appella fuq Facebook biex jekk hemm xi ħadd li ra dik il-libsa, jikkuntattjah. F’inqas minn sagħtejn ġie kkuntattjat minn persuna, li bagħtitlu ritratt ta’ Danielle liebsa l-libsa li nsterqet.
Din mhix l-ewwel darba li l-ħanut uża Facebook biex isib il-persuni li serquli xi ħwejjeġ.