Esklussiva: Arrestata l-mara barranija li ffrodat diversi sidien ta’ ħwienet

Newsbook jinsab infurmat li l-mara barranija li kienet qed tiffroda lis-sidien tal-ħwienet ġiet arrestata.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li l-mara ġiet arrestata l-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart meta kienet qed tixtri l-ikel minn ħanut fil-Gżira.

Ġuvni ta’ 23 sena minn Birkirkara li nzerta kien fl-istabbiliment tal-ikel irrakkonta ma’ Newsbook li kif ra lil mara tipprova tiffroda lill-kaxxiera tal-ħanut, hu hareġ barra u ċempel mill-ewwel lill-Pulizija. Qal li kien impresjonat kif dawn waslu fuq il-post fi żmien tliet minuti.

Nifhmu li aktar investigazzjonijiet dwar il-kaz għadhom għaddejjin.