Arrestata għax ħalliet lil binha ta’ 10 snin jagħmel tattoo

Omm ġiet arrestata fl-Istati Uniti wara li ħalliet lil binha ta’ 10 snin jagħmel tattoo.

Skont stazzjon televiż Amerikan,  l-omm ċediet għall-qrid kontinwu ta’ binha. L-omm ta’ 34 sena tinsab akkużata li qed tpoġġi lil binha fil-periklu u li qed tikkontribwixxi għad-delinkwenza tiegħu.

Kollox beda meta l-filmat tas-sessjoni tat-tatwaġġ tat-tifel dar il-midja soċjali.

Anke l-artist tat-tattoos qed jaffaċċja akkużi. Hu għandu 16-il sena u qed jiġi mixli li qed jagħmel it-tattoos b’mod mhux sigur u li ma jlaħħaqx mal-istandards sanitarji.