Arrestat żagħżugħ li ħasad lis-sidien tal-park tal-Imtaħleb

Żagħżugħ ġie arrestat tard ilbieraħ filgħaxija wara li daħal fil-park tal-Imtaħleb biex jieħu r-ritratti lill-annimali.
Dan huwa l-istess park li ħa n-nar fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Newsbook.com.mt tkellem mas-sid tal-park, Chris Borg li spjega kif ilbieraħ filgħaxija nħasad meta sab lil dan iż-żagħżugħ ma' wiċċu.
Borg ċaħad dak li qed ikun irrappurtat, jiġifieri li hu u ż-żagħżugħ ġew fl-idejn u xi ħadd minnhom ġarrab ġrieħi ħfief.
Is-sid spjega kif meta nduna biż-żagħżugħ mar jiġri warajh biex dan jerġa' jitlaq 'il barra iżda kien hemm borġ ġebel, tfixkel fih u spiċċaw waqgħu fuq xulxin.
Jidher li dan iż-żagħżugħ huwa attivist favur id-drittijiet tal-annimali.