Arrestat żagħżugħ ieħor dwar l-inċident ta’ Paceville

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-inċident li seħħ f’Paceville fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Dan wara li lbieraħ ġie arrestat żagħżugħ ta’ 18-il sena b’rabta mal-istess każ.
L-inċident seħħ fil-klabb Plus One hekk kif ċeda t-taraġ tal-ħġieġ meta dawk li kienu fil-klabb bdew ħerġin barra.
Fl-inċident weġġgħu 74 persuna. Tfajla ta’ 13-il sena għadha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija kif ukoll l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.
Ilbieraħ beda jdur filmat ġdid li juri aktar mill-qrib x'ġara meta seħħ l-inċident.