Arrestat żagħżugħ f’Għawdex dwar traffikar ta’ droga

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Għawdex arrestaw żagħżugħ b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ traffikar u pussess ta’ droga.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat kif il-ħidma wasslet għall-arrest ta’ żagħżugħ ta’ 23 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex. Hu kien arrestat ilbieraħ waranofsinhar wara jiem ta’ investigazzjonijiet.

Il-Pulizija osservat liż-żagħżugħ nieżel Malta u ftit sigħat wara jerġa’ jaqbad il-vapur lejn Għawdex. Il-Pulizija waqqfuh malli niżel mill-vapur u saret tfittxija. Hu nstab li kellu fuqu sustanza suspettata droga sintetika.

Hu kien arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.