Read in English.
L-Iskwadra tar-Reati Vjolenti arrestat raġel b’rabta ma’ serq minn diversi kmamar f’lukanda fi Triq il-Fliegu, f’San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li s-serq sar fid-9 ta’ Lulju. Żewġ persuni rrapurtaw lilll-Pulizija li kienu sabu l-kmamar tagħhom miftuħin u mqallbin. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienu nsterqu diversi oġġetti personali. Dwar il-każ infetħet inkjesta ordnata mill-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud.
Minn aktar investigazzjonijiet li saru, il-Pulizija irnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel, li huwa Libjan ta’ 38 sena. Huwa kien arrestat u qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Hu se jkun qed jitressaq il-Qorti llum.