Arrestat wara sejba ta’ 55 pakkett droga fil-Marsa

Raġel ġie arrestat wara li l-Pulizija sabet 55 pakkett ta’ eroina u kokaina fi tfittxijiet differenti f’remissi qrib il-korsa tal-Marsa.
25 pakkett kellhom trab kannella, maħsuba li hi eroina, u 30 pakkett kellu trab abjad, aktarx kokaina.
It-tfittxijiet saru wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mir-Rapid Intervention Unit u mis-Sezzjoni tal-Klieb.
Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ħatret l-esperti biex jassistuha fl-inkjesta.