Arrestat wara li weġġa’ lil Surġent fl-għassa

Raġel ġie arrestat wara li hedded Surġent u weġġgħu hu u jirreżisti l-arrest fl-għassa ta’ San Ġiljan.

Ir-raġel ta’ 67 sena li huwa residenti s-Swieqi għandu jitressaq il-Qorti illum. Dan ġara nhar it-Tnejn li għadda fis-7pm.

Erba’ sigħat wara, fil-11pm, raġel Libjan allegatament attakka u kkawża ġrieħi ħfief fuq żewġ persuni fl-inħawi ta’ San Ġwann. Huwa ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat iżjed tard.

L-allegat aggressur għandu 27 sena u joqgħod San Ġiljan. Huwa se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit illum ukoll.

Il-Pulizija temmen li kien hemm oħrajn involuti fil-każ u qiegħda tfittixhom.