Arrestat wara li wasal Malta b’€75,000 mhux iddikjarati

Read in English.

Passiġġier inqabad dieħel Malta b’€75,000 mhux iddikjarati.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li l-passiġġier li wasal Malta minn Bucharest, meta kien mistoqsi kemm kien qed iġorr flus miegħu qal li ma kienx qed iġorr flus kontanti fuqu.

Madanakollu meta saret tfittxija mill-uffiċjali tad-Dwana, li ma kienux sodisfatti bir-risposta tiegħu, instab li kien qed iġorr bank draft ta’ €75,600.

Il-Pulizija arrestat il-passiġġier waqt li bdiet tinvestiga l-każ.

Passiġġieri huma obbligati jiddikjaraw kwalunkwe ammont ta’ flus li jaqbeż €10,000 li jkunu qed iġorru magħhom kemm jekk ikunu sejrin jew jaslu Malta.