Arrestat wara li seraq mutur fil-Ħamrun

Read in English.

Raġel ġie arrestat wara li seraq mutur fil-Ħamrun u pprova jaħrab mill-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li lbieraħ għall-ħabta tal-10pm, raġel Libjan ta’ 41 sena kien arrestat wara li seraq mutur minn Tiriq id-Duluri.

Waqt ir-ronda li kienu qed jagħmlu l-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun, fi Triq San Luqa f’Tal-Pietà, innutaw raġel isuq mutur mingħajr helmet. Il-pulizija ppruvaw iwaqqfuh biex ikellmuh dwar dan, iżda hu ħarab minn fuq il-post bil-mutur u anke għadda minn xi toroq kontra l-one-way.

Meta kien fi Triq Blackly f’Tal-Pietà, ir-raġel tile fil-kontroll tal-mutur, ħabat mal-bankina u waqa’ bil-mutur. Hu mbagħad ħarab minn fuq il-post bil-ġiri. Il-pulizija segwewh u ġie arrestat fi Triq ix-Xatt tal-Imsida.

Hu ttieħed f’ċentru tas-Saħħa minħabba ġrieħi li sofra fl-inċident bil-mutur. Hemm ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.