Arrestat wara li saq għal fuq karozza tal-Pulizija; ħsara fuq 4 karozzi oħra

Raġel ġie arrestat wara li saq għal fuq karozza tal-Pulizija u kkawża ħsara fuq erba’ karozzi oħra.

Skont rapporti fil-midja lokali, ir-raġel ġie arrestat f’ħidma mwettqa mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga u tar-Rapid Intervention Unit.  Instemgħu wkoll xi tiri ta’ twissija sparati mill-Pulizija. Kelliem għall-Pulizija ma seta jikkonferma l-ebda dettalji dwar dak li ġara ma’ Newsbook.com.mt sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

L-inċident seħħ f’San Ġwann qrib l-isptar Mater Dei għall-11.30 am. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Saret tfittxija tal-karozza tar-raġel li fiha nstabu pakketti li huwa maħsub li kien fihom id-droga.