Aġġornata: Arrestat wara li ried jisraq basket ta’ studenta f’Tas-Sliema

Il-Pulizija arrestaw raġel ta’ 33 sena li ried jisraq basket lil tfajla f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq San Vinċenz meta r-raġel residenti f’Tas-Sliema, ried jisraq basket ta’ studenta Belġjana ta’ 18-il sena li kienet ma ħabiba tagħha.
Ir-raġel imbotta lit-tfajla mal-art biex jipprova jieħu l-basket.
Żewġt irġiel ta’ 63 sena minn Pembroke u 25 sena mill-Gżira, li kienu qed jimxu fl-istess triq, waqqfu lir-raġel sakemm ġew il-Pulizija tad-distrett u tal-RIU u arrestawh.
Ir-raġel ittieħed fl-Għassa f’Tas-Sliema għall-aktar investigazzjonijiet u l-vittma ttieħdet iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, fejn kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.
Filwaqt li l-Korp tal-Pulizija jfaħħar l-aġir ta’ dawk li assistew, ifakkar illi wieħed għandu jkun kawt f’dawn is-sitwazzjonijiet u ma jinsix li suspettat jista’ jkun ta’ periklu speċjalment jekk ikun armat.

Ritratt: Media Police