Arrestat wara li pprova jbigħ id-droga lil pulizija

Żagħżugħ ta’ 20 sena nżamm arrestat wara li pprova jbigħ il-kannabis lil pulizija li ma kienx qiegħed fuq xogħol f’Paceville.

Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ mill-Gambja mar fuq il-pulizija lbieraħ. Ħbieb il-pulizija ppruvaw iżommu lir-raġel sakemm il-Pulizija jaslu fuq il-post. Irnexxielu jaħrab imma nqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara. Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll li weġġa’ xi persuni waqt l-inċident. Huwa wieġeb li ma kienx ħati.